Għal individwi u djar
L-ebda żgumbramenti
L-iżgumbramenti se jiġu postposti għal sitt xhur mill-gvernijiet tal-istat u tat-territorju. Sidien u kerrejja huma mħeġġa jitkellmu dwar ftehimiet għal żmien qasir. Iċċekkja mal-gvern tal-istat jew tat-territorju rispettiv tiegħek għal aktar dettalji.
Għażliet tar-rata minima ta' ġbid għall-irtirati
Ir-rekwiżit minimu ta' ġbid ta' pensjonijiet ibbażati fuq il-kont u prodotti simili tnaqqsu b'50% għas-snin ta' dħul 2019-20 u 2020-21 biex jgħin itaffi t-telf sinifikanti fis-swieq finanzjarji bħala riżultat tal-pandemija COVID-19.
Għal aktar informazzjoni, żur www.ato.gov.au/drawdown
Il-Pagament tal-JobKeeper (Żamma tal-Impjieg)
Il-Pagament tal-JobKeeper tal-Gvern kien sussidju temporanju għan-negozji li ntlaqtu b’mod sinifikanti mill-coronavirus (COVID-19).
Persuni eliġibbli li jħaddmu, negozjanti li jaħdmu għal rashom u negozji oħra setgħu japplikaw biex jirċievu l-pagamenti tal-JobKeeper għall-impjegat eliġibbli tagħhom. Dan tħallas lil min iħaddem bl-lura kull xahar mill-ATO.
In-negozji setgħu jirreġistraw għall-Pagament tal-JobKeeper permezz tal-Portal tan-Negozju tal-ATO, fis-servizzi onlajn tal-ATO billi jużaw myGov jekk kienu negozjanti li jaħdmu għal rashom, jew permezz ta’ aġent reġistrat jew aġent tal-BAS.
Għal aktar tagħrif dwar il-Pagament tal-JobKeeper mur f’www.ato.gov.au/JobKeeper.
Kreditu ta’ Min Jimpjega tal-JobMaker
L-Iskema tal-Kreditu tal-JobMaker hi inizjattiva biex iħaddmu aktar żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol u għandhom min 16 sa 35 sena.
Persuni eliġibbli li jħaddmu eliġibbli jistgħu jaċċessjaw il-pagamenti tal-Kreditu ta’ Min Jimpjega tal-JobMaker għal kull impjegat ieħor eliġibbli li huma jimpjegaw bejn is-7 t’Ottubru 2020 u s-6 t’Ottubru 2021.
Ara www.ato.gov.au/jobmakerhiringcredit għal aktar tagħrif
Inżommu s-sistema sigura u ġusta
Oqgħodu attenti għall-skemi li jqarrqu (scams) li jippruvaw iqarrqu bik biex tħallas il-flus u jġiegħluk tagħti it-tagħrif personali dwarek.
Dawk il-persuni li jqarrqu (scammers) spiss ser jippretendu li huma minn organizzazzjonijiet ta’ min jorbot fuqhom, bħall-Uffiċċju Awstraljan tat-Taxxa (ATO). Jekk mintix żgur jekk il-kuntatt mill-ATO huwiex ġenwin jew le, tweġibhomx. Int tista’ ċċempel il-Linja Telefonika Speċjali tal-Qerq tal-ATO (ATO Scam Hotline) fuq 1800 008 540 jew żur www.ato.gov.au/scams għal aktar tagħrif.
Pagamenti u servizzi tal-Gvern
Services Australia jistgħu jgħinuk finanzjarjament anki għadek mintix tirċievi pagament ta’ Centrelink. M’hemmx għalfejn tmur f’ċentru ta’ servizz. Int tista’ tuża l-għażliet s-self-service. Int tista’ titkellem ma’ social worker. Jekk int diġà klijent, hemm tibdiliet għall-pagamenti u għas-servizz tagħna minħabba l-coronavirus (COVID-19). Għal aktar tagħrif f’numru ta’ lingwi mur fuq servicesaustralia.gov.au/covid19