Għal Negozji

Il-Pagament tal-JobKeeper (Żamma tal-Impjieg)

Il-Pagament tal-JobKeeper tal-Gvern  kien sussidju temporanju għan-negozji milquta b’mod sinifikanti mill-coronavirus (COVID-19).

Min Iħaddem, min jaħdem għal rasu u entitajiet oħra eliġibbli setgħu japplikaw biex jirċievu l-pagamenti tal-JobKeeper għall-impjegati eliġibbli tagħhom, Dan kien jitħallas lil min iħaddem bl-lura kull xahar mill-ATO.

In-negozji setgħu jirreġistraw għall-Pagament tal-JobKeeper permezz tal-Portal tan-Negozju tal-ATO, fis-servizzi onlajn tal-ATO billi jużaw myGov jekk kienu jaħdmu għal rashom, jew permezz ta’ aġent irreġistrat tat-taxxa jew tal-BAS.

Għal tagħrif dwar il-Pagament tal-JobKeeper mur fuq www.ato.gov.au/JobKeeper.

L-iżgurar tal-likwidità għall-ħlas tal-kontijiet u l-pagi

Negozji u dawk l-organizzazzjonijiet li ma jaħdmux  għall-profitt (NFP) li jaħdmu staff ser jirċievu bejn $20,000 u $100,000 f’ammonti biex insaħħu l-likwidità (cash flow) billi jitfgħu l-istejtments tagħhom tal-attività ta’ kull xahar u ta’ kull tlett xhur minn Marzu 2020 sa Settembru 2020.

Sib aktar tagħrif:

Apprendisti u min qed jitħarreġ

Il-gvern qed jissapportja  l-iżvilupp kontinwu tal-ħaddiema tas-sengħa tal-Awstralja u jgħin in-negozji eliġibbli jżommu l-apprendisti u lil dawk li qed jitħarrġu  billi joffri sussidju ta' 50 fil-mija tal-paga sa $ 21,000.

Sib aktar tagħrif:

Kreditu u self

Skema ġdida ta' Garanzija għall-SMEs  Coronavirus tfisser li tkun tista' tikseb self addizzjonali  minn selliefa parteċipanti biex jgħinuk fix-xhur li ġejjin.

Il-Gvern se jipprovdi garanzija ta' 50 fil-mija lis-selliefa tal-SMEs għal self ġdid mhux garantit biex jintuża għall-kapital operattiv.

Il-Gvern qed jipprovdi wkoll eżenzjoni mill-obbligi ta' self responsabbli għal dawk li jsellfu li jipprovdu kreditu lil klijenti ta' negozji żgħar eżistenti.

Din l-eżenzjoni hija ta' sitt xhur u tapplika għal kwalunkwe kreditu għal skopijiet ta' negozju, inkluż kreditu ġdid, żidiet fil-limitu ta' kreditu u varjazzjonijiet u ristrutturazzjonijiet ta' kreditu.

Sapport  għar-reġġjuni u s-setturi

Il-Gvern warrab  $ 1 biljun biex jissapportja komunitajiet, reġġjuni u industriji li ġew l-aktar sinifikattivament affettwati mill-imxija tal-Coronavirus. Dawn il-fondi se jkunu disponibbli biex jgħinu waqt l-imxija u biex jgħinu fl-irkupru. Barra minn hekk, il-Gvern qed jgħin lill-industrija tal-linji tal-ajru tagħna permezz ta' pakkett ta’ sa $ 715 miljun.

Miżuri temporanji tal-Pjan tal-JobMaker biex jissapportjaw in-negozji

Bħala parti mill-Baġit tas-sena 2020-21 il-gvern qed jimplimenta numru ta’ miżuri biex jgħin lin-negozji jirkupraw mill-impatt tal-pandemija tal-coronavirus (COVID-19).

Dawn il-miżuri għandhom x’jaqsmu mal-ikklejmjar tal-konċessjonijiet tat-taxxa, tnaqqis, deprezzament tal-assi fil-perjodu tat-taxxa. Huma ser jissapportjaw in-negozji matul l-impatti ekonomiċi tal-COVID-19 għas-snin finanzjarji 2020-21 u 2021-22.

Dawn il-miżuri jinkludu:

  • JobMaker Hiring Credit (Kreditu ta’ Min Jimpjega tal-JobMaker)
  • Temporary full expensing (Tnaqqis totali temporanju tal-assi għal fini tat-taxxa)
  • Loss carry back (L-applikazzjoni ta’ Telf għas-snin ta’ qabel)
  • Backing business investment – accelerated depreciation (Is-sapport tal-investiment fin-negozju – deprezzament mgħaġġel)
  • Instant asset write-off (Tħassir istantanju tal-assi)
  • Increasing the small business entity turnover threshold (Żieda fil-livell stipulat tal-qligħ tan-negozju żgħir)