Il-vaċċini COVID-19

Aħna nħeġġu lil kulħadd li jgħix fil-komunità Awstraljana biex jitlaqqam. Dan hu skont il-parir tas-saħħa.

Il-vaċċini COVID-19 huma bla ħlas għal kulħadd fl-Awstralja, inklużi:

  • Dawk kollha li għandhom viża Awstraljana
  • viżitaturi barranin
  • studenti internazzjonali
  • ħaddiema immigranti
  • dawk li qed ifittxu l-ażil, u
  • persuni li m’għandhomx viża valida.

Meta l-persuni fl-Awstralja jitlaqqmu, it-tagħrif dwar l-istatus tagħhom tal-immigrazzjoni jew iċ-ċittadinanza ma jinġabarax.

M’hemmx bżonn tkun eliġibbli għal jew irreġistrat mal-Medicare biex tirċievi tilqima bla ħlas COVID-19. Biex issib klinika fejn ma jkollokx bżonn kard tal-Medicare, ara l-COVID-19 Vaccine Eligibility Checker (iċ-Ċekkjatur tal-Eliġibilità tal-Vaċċin COVID-19).

Għal aktar tagħrif dwar il-program tat-tilqim COVID-19 fil-lingwa tiegħek, żur COVID-19 vaccine information in your language (tagħrif dwar it-tilqima COVID-19 fil-lingwa tiegħek).

Paġni tal-Fatti