Individwi u djar

Rilaxx bikri ta' superanwazzjoni

Individwi eliġibbli u residenti temporanji eliġibbli jkunu jistgħu japplikaw online permezz ta’ myGov biex ikollhom aċċess għal sa $ 10,000 mis-superanwazzjoni  tagħhom qabel l-1 ta’ Lulju 2020.

Mill-1 ta' Lulju 2020 sal-24 ta' Settembru 2020, individwi jistgħu  jkollhom aċċess għal $ 10,000 oħra.

L-aċċess bikri tas-super tiegħek jaffettwa l-bilanċ tas-super tiegħek u jista' jaffettwa d-dħul tal-irtirar futur tiegħek. Ara li tikseb  parir finanzjarju qabel ma tapplika għar-rilaxx bikri tas-super.

Ikseb aktar tagħrif dwar ir-rilaxx bikri tas-super f’www.ato.gov.au/coronavirus jew jekk trid tkellem lil ATO fil-lingwa tiegħek, ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar (TIS National) fuq 13 14 50.

L-ebda żgumbramenti

L-iżgumbramenti se jiġu postposti għal sitt xhur mill-gvernijiet tal-istat u tat-territorju. Sidien u kerrejja huma mħeġġa jitkellmu dwar ftehimiet għal żmien qasir. Iċċekkja mal-gvern tal-istat jew tat-territorju rispettiv tiegħek għal aktar dettalji.

Għażliet tar-rata minima ta' ġbid għall-irtirati

Ir-rekwiżit minimu ta' ġbid ta' pensjonijiet ibbażati fuq il-kont u prodotti simili tnaqqsu b'50% għas-snin ta' dħul 2019-20 u 2020-21 biex jgħin itaffi t-telf sinifikanti fis-swieq finanzjarji bħala riżultat tal-pandemija COVID-19,

Għal aktar informazzjoni, żur www.ato.gov.au/drawdown

Inżommu s-sistema sigura u ġusta

Kien hemm żieda sinifikanti fl-Awstraljani fil-mira ta’ qerq rigward il-COVID-19 u qerq ieħor. Jekk taħseb li int ġejt ikkuntattjat minn persuna li trid tqarraq bik (scammer) jew qed tissuspetta dwar xi email, SMS jew telefonata, iċċekkja l-ewwel magħna.

Għal aktar informazzjoni żur www.ato.gov.au/scams.

Jekk inti imħasseb li l-informazzjoni dwar it-taxxa jew is-super tiegħek ġew misruqa jew użati mingħajr il-permess tiegħek għandek:

  • Tiċċekkja l-kont myGov tiegħek jekk għandek wieħed u kun żgur li d-dettalji tiegħek għadhom korretti
  • Tikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Sapport għall-Identità tal-Klijent tagħna fuq 1800 467 033 biex jgħinek tipproteġi l-identità tat-taxxa tiegħek.

Tista' tgħarrafna wkoll jekk tħoss li xi ndividwu jew negozju  mhux qed jagħmel l-affarijiet kif suppost www.ato.gov.au/tipoff.

Pagamenti u servizzi tal-Gvern

Services Australia għandha mnejn tista’ tgħinek finanzjarjament anki jekk int mintix diġà qed tirċievi pagament ta’ Centrelink. M’għandekx bżonn tmur f’ċentru tas-servizz. Int tista’ tuża l-għażliet tas-servizz fejn tista’ tinqeda waħdek. Tista’ taċċessja wkoll social worker. Jekk int  diġà klijent, hemm tibdil fil-pagamenti u s-servizz tagħna minħabba l-coronavirus (COVID-19). Għal aktar tagħrif f’numru ta’ lingwi mur f’servicesaustralia.gov.au/covid19