Informazzjoni ħażina u veritajiet dwar il-Coronavirus (COVID-19)

FALZ: Tista’ tikkura l-coronavirus bl-antibiotiċi jew bil-mediċini ta’ kontra l-malarja

VERU: Sa issa ma hemm l-ebda vaċċina jew kura għall-coronavirus.

Ir-riċerkaturi madwar id-dinja qed jaħdmu iebes biex jiżviluppaw vaċċina għall-virus imma ma nafux din kemm ser iddum. L-istimi jvarjaw bejn 12 jew 18-il xahar.

Ir-riċerkaturi qed jinvestigaw ukoll l-użu ta’ mediċini differenti li jistgħu jgħinu fil-kura tal-coronavirus inklużi mediċini ta’ kontra l-artrite, kontra l-malarja u kontra l-HIV. Mhux ser ifejqu l-coronavirus imma ser inaqqsu n-numru ta’ persuni li jimirdu bil-virus u s-severità tal-każi.

Għalekk hu importanti, li ma toqgħodx tistenna għall-vaċċina jew l-kura tal-coronavirus – u għalhekk ġew adottati tant miżuri tas-saħħa pubblika mill-Awstralja.

FALZ: It-tfal huma “super ferriexa” tal-coronavirus

VERU: Waqt li t-tfal huma magħrufa li huma ‘ super ferriexa” ġeneralment tal-mikrobi u l-baqq, dan jista’ jgħodd ċertament għall-influweza, dan ma jidhirx li hu l-każ għall-coronavirus. Tal-anqas mhux għalissa. Ma hemm l-ebda dejta mkien fid-dinja li juru li t-tifrix sinifikanti tal-virus kien ikkawżat mit-tfal. Aħna mhux qed niċħdu dan. Jista’ jkun. Imma x-xhieda ta’ dawn kollha hi li mhumiex super ferriexa tal-coronavirus coronavirus.

FALZ: L-Awstralja ma tistax tikseb biżżejjed apparat u provisti mediċi (ventilaturi, maskri, kitts tal-ittestjar)

VERU: Il-messaġġ sempliċi lill-pazjenti u , kruċjalment, lill-ħaddiema tas-saħħa li jieħdu ħsiebhom, hu – iva, l-Awstralja għandha biżżejjed apparat biex tiġġieled il-pandemija. Madankollu, hemm pressjoni fuq il-provvista li għandhom x’jaqsmu mall-ittestjar minħabba domanda globali li hija wisq ogħla mill-provvista u l-kapaċita tal-produzzjoni.

L-istaff jisgħu jserrħu rashom li għandna apparat tal-protezzjoni personali dieħel il-ħin kollu, li jfisser, li mill-banda l-oħra, il-pazjenti jistgħu jirċievu l-aħjar kura possibbli. Pereżempju, il-Ħażna Nazzjonali Medika għandha aktar minn 10 miljun maskra. Il-Gvern Awstralja jkomplu jaħdem biex jikseb maskri addizzjonali biex jara li l-Ħażna Nazzjonali Medika ikollha ħażna tajba u l-Awstralja jkollha biżżejjed apparat protettiv personali biex jissapportja l-professjonisti mediċi hekk kif il-pandemija tiżviluppa. Dan jinkludi nkabbru l-kompetenza u l-kapaċità tal-manifattura.

Normalment hemm 2,200 sodda ventilata fl-isptar fl-Awstralja. Permezz tal-bidla fl-użu ta’ magni tal-loppju u apparat ieħor matul l-aħħar sitt ġimgħat, issa għandna 4,400 sodda ventilata, u qed nippjanaw li nagħmluhom 7,500. Fil-bidu t’April, in-numru ta’ pazjenti bil-coronavirus fil-postijiet tal-kura intensiva u li kellhom bżonn ventilaturi kien ilaħħaq 20.

In-Netwerk tal-Mard li Jinxtered fl-Awstralja qed jintaqa’ kuljum biex jerġa’ jassessja l-gwida tagħha rigward il-bżonnijiet tal-ittestjar, biex isir biss it-ittestjar essenzjali.

FALZ: L-isptarijiet tal-Awstralja ma jkunux jistgħu ilaħħqu mad-domanda ogħla minħabba l-coronavirus

VERU: L-isptarijiet pubbliċi u privati tal-Awstralja ngħaqdu flimkien fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Is-sħubija storika bejn il-Gvern Awstraljan, il-gvernijiet statali u territorjali u s-settur tal-isptar privat ser jaraw li jkun hemm 34,000 sodda u 105,000 staff mediku ekstra madwar in-nazzjon kollu biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

Is-settur privat ser jipprovdi servizzi tal-isptar lill-pazjenti pubbliċi, u jipprovdi apparat, sodod, provisti u staff biex jissuplimentaw is-sistema pubblika.

Huma ser ikomplu jissapportjaw il-bżonnijiet tal-partiċipanti tal-Iskema Nazzjonali tal-Inxurjans tad-Diżabilità li għandhom bżonn joqgħodu fi sptar pubbliku għal żmien twil, pazjenti tal-kura tal-anzjani u pazjenti bi bżonnijiet ġenerali.

Is-sħubija ser tiżgura li r-riżorsi kollha tas-sistema tas-saħħa tal-livell tal-klassi mondjali tal-Awstralja huma lesti u kkonċentrati fuq il-kura tal-pazjenti hekk kif ikun hemm bżonn matul il-pandemija.

FALZ: L-Aċċess ristrett (lockdown) ta’ ġimagħtejn ser iwaqqaf il-firxa tal-coronavirus

VERU: L-impożizzjoni tar-restrizzjonijiet għall-ġimgħatejn jew tlett ġimgħat u mbagħad inneħuhom u morru lura għan-normal mhux ser iwaqqaf il-firxa tal-coronavirus.

Ir-riskju tal-aċċess ristrett għal ġimgħatejn hu li l-coronavirus ser jerġa’ jitfaċċa, forsi aktar aggressiv minn qabel.

Xi nies staqsew għala ma daħħalniex aċċess li hu totalment ristrett kif għamlu pajjiżi oħra. It-tweġiba hi li, għall-kuntrarju ta’ pajjiżi oħra bħal l-Italja, Spanja u l-Iran, u bliet bħal Wuhan fiċ-Ċina, fejn l-imxija bdiet, aħna bqajna minn ta’ quddiem.

Meta l-esperti tas-saħħa f’dawn il-pajjiżi fehmu x’kien qed jiġri, il-coronavirus ma kienx aktar ikkontrollat u infirex qiesu nar selvaġġ. Għalhekk l-isptarijiet sabuha bi tqila ilaħħqu ma’ persuni b’forom severi tal-marda.

L-esperti tagħna tas-saħħa ser ikomplu jimmonitorjaw in-numru ta’ każi ġodda kuljum fl-Awstralja u fejn it-tixrid qed iseħħ. Huma mbagħad jagħmlu rakkomandazzjonijiet skont l-evidenza rigward regoli jew restrizzjonijiet ġodda li hemm bżonn jidħlu fis-seħħ. Kulħadd għandu joqgħod aġġornat rigward ir-restrizzjonijiet kurrenti billi jżjur www.australia.gov.au.

FALZ: L-ittestjar ta’ kulħadd ser iwaqqaf il-firxa tal-coronavirus

VERU: L-ittestjar mhux ser iwaqqaf il-firxa tal-virus.

Bħal kull virus, COVID-19 jmur minn fuq persuna għall-oħra. Li toqgħod ‘l bogħod minn persuni oħra l-ħin kollu, u li tosserva kwarantina fid-dar jekk ma tiflaħx, dawn biss jistgħu jwaqqfu l-firxa tal-virus.

L-ittestjar biex nikkonfermaw jekk xi ħadd li qed juri s-sintomi għandux COVID-19, jgħinna insegwu l-firxa tal-marda u nnaqsu t-tixrid. Jekk inkunu nafu li xi ħadd għandu l-marda, dik il-persuna tista’ tiżola hi stess u nkunu nistgħu nsegwu ma min ġew f’kuntatt u nnaqsu r-riskju ta’ aktar tixrid.

Madankollu, jekk tittestja negativ għal COVID-19 ma jfissirx li int m’intix fir-riskju jew m’intix ta’ riskju għall-oħrajn. Int tista’ tittestja negattiv għal COVID-19 wara li tkun espost imma  qabel ma tiżviluppa s-sintomi.  Tista’ tittestja negattiv illum  u timrad bil-COVID-19 l-għada. Għalhekk hu tant importanti tipprattika iġjene tajba u żżomm ‘l bogħod minn persuna oħra, u toqgħod id-dar  għajr għall-bżonnijiet essenzjali. Dan ser jgħin fil-prevenzjoni tat-tixrid mhux tal-COVID-19 biss imma wkoll ta’ mard ieħor, u nnaqsu d-domanda għas-servizzi tagħna tas-saħħa.

FALZ: Il-kits tal-ittestjar mhumiex preċiżi

VERU: L-ittestjar kurrenti għal COVID-19 juża dak li jgħidulu amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejiku (reazzjoni katina tal-Polymerase (PCR)), li hi preċiża ħafna. It-test jinvolvi professjonist tas-saħħa li jieħu kampjun tat-tampun mill-griżmejn u l-imnieħer tal-pazjent. Bħalissa, il-paritijiet kollha tat-test huma mmanifatturati barra l-Awstralja, fil-biċċa l-kbira tagħhom fl-Ewropa u l-Asja. Għalkemm il-fornituri differenti tal-partijiet tal-ittestjar u tal-laboratorji madwar u fl-istati u t-territorji  jużaw partijiet differenti, il-fatt importanti hu li jużaw l-istess metoloġija tal-ittestjar. Hemm pressjoni fuq il-provvisti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ittestjar minħabba d-domanda globali li hi wisq ogħla mill-provvista u l-kapaċità tal-produzzjoni. It-testijiet tal-antikorpi ħdejn il-pazjent mhumiex preċiżi għad-dijanjożi u għalhekk mhumiex irrakkomandati għal dan il-għan.

Il-Gvern Awstraljan qed jaħdem mill-viċin mal-laboritorji permezz tan-Netwerk tal-Laboritorju tas-Saħħa Pubblika mal-fornituri biex jara li jkun hemm provisti u jesplora soluzzjonijiet tal-provista alternattiva potenzjali biex jara li li l-Awstralja jżomm il-kapaċità u l-kompetenza biex tittestja għal coronavirus.

Żur din il-websajt regolarment biex iżżomm ruħek infurmat dwar l-iżviluppi prinċipali rigward ir-risposta tal-Gvern Awstraljan dwar il-COVID-19.

SBS għandu wkoll firxa ta’ tagħrif dwar il-COVID-19 fil-lingwa tiegħek. Int tista’ wkoll tuża l-apps tal-mowbajl tiegħek u estenzjonijiet tal-browżer biex tittraduċi t-tagħrif tal-gvern. Fittex wieħed li jissodisfa l-bżonnijiet tiegħek.

Biex tara tagħrif addizzjonali bl-Ingliż, żur www.australia.gov.au.