Ir-razziżmu mhux aċċettabbli
Jekk tara jew tesperjenza diskriminazzjoni razzjali, fastidju jew mibegħda, toqgħodx tissapportiha; tkellem.
Jekk int vittma ta’ mġieba razzista
- Jekk tkun aggredit jew mhedded bi vjolenza, ikkuntattja lill-pulizija.
- Jekk ma jkun hemm l-ebda vjolenza involuta, u jekk ma hemm l-ebda periklu li tagħmel hekk, inti għandek mnejn tkun trid tittratta s-sitwazzjoni int stess billi tqajjemha direttament mal-persuna jew in-nies involuti.
- Jekk il-kuntatt dirett ma jsolvix is-sitwazzjoni, jew jekk ma tħossokx komdu tagħmel dan, tista' tagħmel ilment lill-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem (AHRC).
- Biex tressaq ilment mal-AHRC, żur www.humanrights.gov.au/complaints jew ċempel is-Servizz Nazzjonali ta' Informazzjoni tal-AHRC fuq 1300 656 419 jew 02 9284 9888.
Il-poter tal-persuni li jkunu fil-qrib
Jekk in-nies li raw r-razziżmu jitkellmu kontra dan, dan jagħmel lill-persuna li tkun immirata tħossha ssapportjatha, u tista' tagħmel lill-persuna li tkun razzista terġa' tikkunsidra l-imġieba tagħha. Tpoġġix lilek innifsek f’riskju. Iżda jekk ma jkunx hemm periklu li tagħmel hekk, tkellem u ssapportja lill-vittma. Anki sempliċi ġest jista' kun effettiv.
Jekk tara imġieba razzista tista':
- Titkellem – għid li hi razzista, ħalli l-ħati jkun jaf li mhux aċċettabbli
- Issapportja lill-vittma - oqgħod ħdejn il-persuna li qed tkun fil-mira u staqsihom jekk humiex ok
- Ħu xhieda – irrekordja l-inċident fuq it-telefon tiegħek, ħu ritratt tal-aggressur u irrapporta lill-awtoritajiet
Il-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem għandha pariri għal persuni fil-qrib, żur https://itstopswithme.humanrights.gov.au/respond-racism
Diskriminazzjoni razzjali u d-drittijiet tiegħek
Fl-Awstralja huwa kontra l-liġi li tagħmel xi ħaġa fil-pubbliku abbażi tar-razza, il-kulur, l-oriġini nazzjonali jew etnika ta' persuna jew grupp ta' nies li x'aktarx toffendi, tinsulta, tumilja jew tintimida. Din it-tip ta' mġieba hija kklassifikata bħala mibegħda razzjali.
Eżempji ta' mibegħda razzjali jistgħu jinkludu:
- materjal razzjalment offensiv fuq l-internet, inklużi eforums, blogs, siti tan-netwerking soċjali u siti ta' qsim ta' vidjow
- kummenti jew stampi offensivi razzjalment f'gazzetta, rivista jew pubblikazzjoni oħra bħal fuljett jew flyer
- diskorsi razzjalment offensivi waqt manifestazzjoni pubblika
- kummenti razzjalment abbużivi f'post pubbliku, bħal ħanut, post tax-xogħol, park, fuq trasport pubbliku jew fl-iskola
- kummenti razzjalment abbużivi f'avvenimenti sportivi minn plejers, spettaturi, kowċis jew uffiċjali.
Il-liġi għandha l-għan li toħloq bilanċ bejn id-dritt li tikkomunika liberament ('libertà tal-kelma') u d-dritt li tgħix ħielsa mill-mibegħda razzjali. Ċerti azzjonijiet jistgħu ma jmorrux kontra l-liġi jekk isiru “b’mod raġonevoli u b’rieda tajba”.
Id-diskriminazzjoni razzjali sseħħ meta persuna tiġi ttrattata b'mod inqas favorevoli minn persuna oħra f'sitwazzjoni simili minħabba r-razza, il-kulur, id-dixxendenza tagħha, l-oriġini nazzjonali jew etnika jew l-istatus ta' immigrant bħalma meta tirrifjuta li tikri dar lil persuna minħabba li huma ta' sfond razzjali jew il-kulur tal-ġilda partikulari.
Id-diskriminazzjoni razzjali sseħħ ukoll meta hemm regola jew politika li hija l-istess għal kulħadd iżda għandha effett inġust fuq nies ta' razza, kulur, dixxendenza, oriġini nazzjonali jew etnika jew status ta' immigrant partikulari bħal kumpanija li tgħid li l-impjegati m'għandhomx jilbsu kpiepel jew Ilbies ieħor li jgħatti r-ras fuq il-post tax-xogħol, li x'aktarx ikollu effett inġust fuq nies minn xi sfondi razzjali / etniċi.
Jekk tesperjenza diskriminazzjoni razzjali jew mibegħda tista' tagħmel ilment lill-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-proċess tal-ilment huwa sempliċi, bla ħlas u flessibbli.
Biex tressaq ilment mal-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem, żur www.humanrights.gov.au/complaints
Servizz Nazzjonali tal-Informazzjoni
Is-Servizz Nazzjonali tal-Informazzjoni (NIS) tal-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem jipprovdi informazzjoni u riferimenti għal individwi, organizzazzjonijiet u min iħaddem dwar firxa ta' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u diskriminazzjoni. Dan is-servizz huwa bla ħlas u kunfidenzjali.
L-NIS jista':
- jagħtik informazzjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek taħt il-liġi federali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi ta’ kontra d-diskriminazzjoni
- jiddiskuti jekk tkunx tista’ tagħmel ilment lill-Kummissjoni jew kif il-liġi tista' tapplika għas-sitwazzjoni tiegħek
- jagħtik informazzjoni dwar kif tagħmel ilment, tirrispondi għal ilment jew tittratta kwistjonijiet speċifiċi ta’ diskriminazzjoni
- jirreferik għal organizzazzjoni oħra li għandha mnejn tkun tista' tgħinek
Jekk jogħġbok innota li l-NIS ma tistax tipprovdi parir legali.
Tista' tikkuntattja lill-NIS permezz tat-:
- Telefown: 1300 656 419 jew 02 9284 9888
- Email: infoservice@humanrights.gov.au
- Fax: 02 9284 9611
- Servizz ta’ Relay Nazzjonali: 1300 555 727 (Tkellem u Isma’) jew bl’ internet-relay.nrscall.gov.au
Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar
Is-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar (TIS Nazzjonali) huwa servizz ta' interpretar għal nies li ma jitkellmux bl-Ingliż. Il-biċċa l-kbira tas-servizzi tat-TIS Nazzjonali huma bla ħlas għal dawk li ma jitkellmux bl-Ingliż.
- Telefown: 131 450
- Żur: www.tisnational.gov.au
Pariri u Benesseri tas-Saħħa Mentali
Servizz ġdid ta’ sapport 24/7 ddisinjat speċifikament biex jgħin lin-nies matul il- pandemija COVID-19 huwa disponibbli bla ħlas għall-Awstraljani kollha.
Is-servizz ta’ sapport jista' jiġi aċċessat permezz tal-websajt https://coronavirus.beyondblue.org.au/
Għal servizzi ta’ sapport ta' kriżi personali u ta’ saħħa mentali, tista' tikkuntattja lil Beyond Blue fuq 1800 512 348 jew Lifeline fit-13 11 14 f'kull ħin.
Kids Helpline huwa servizz b'xejn għaż-żgħażagħ ta’ bejn il-5 u l-25. It-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti żgħażagħ jistgħu jċemplu 1800 551 800 f'kull ħin.