Negozji
Twessigħ tal-JobKeeper
Il-Pagament tal JobKeeper, li oriġinarjament kien sejjer jispiċċa fis-27 ta’ Settembru 2020, ser ikompli għan-negozji eliġibbli (inklużi dawk li jaħdmu għal rashom) u mhux għall-profitti sat-28 ta’ Marzu 2021.
Għall-sommarju tat-tibdiliet li ġejjin jekk jogħġbok irreferi għal treasury.gov.au/coronavirus/jobkeeper/extension.
Il-Pagament tal-JobKeeper (Żamma tal-Impjieg)
Il-Pagament tal-JobKeeper tal-Gvern hu sussidju temporanju għan-negozji milquta b’mod sinifikanti mill-coronavirus (COVID-19).
Min Iħaddem, min jaħdem għal rasu u entitajiet oħra eliġibbli jistgħu japplikaw biex jirċievu l-pagamenti tal-JobKeeper għall-impjegati eliġibbli tagħhom, Dan ser jitħallas lil min iħaddem bl-lura kull xahar mill-ATO.
In-negozji jistgħu jirreġistraw għall-Pagament tal-JobKeeper permezz tal-Portal tan-Negozju tal-ATO, fis-servizzi onlajn tal-ATO billi jużaw myGov jekk int taħdem għal rasek, jew permezz ta’ aġent irreġistrat tat-taxxa jew tal-BAS.
Għal tagħrif dwar is-sapport eżistenti tal-JobKeeper u l-għajnuna li hemm mill-ATO mur fuq www.ato.gov.au/JobKeeper.
L-iżgurar tal-likwidità għall-ħlas tal-kontijiet u l-pagi
Negozji u dawk l-organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-profitt (FP) li jaħdmu staff ser jirċievu bejn $20,000 u $100,000 f’ammonti biex insaħħu l-likwidità (cash flow) billi jitfgħu l-istejtment tal-attività sa xahar jew il-perjodu ta’ tlett xhur ta’ Settembru 2020.
Sib aktar tagħrif:
- Boosting cash flow for employers (Insaħħu l-likwidità ta’ min iħaddem)
Apprendisti u min qed jitħarreġ
Il-gvern qed jissapportja l-iżvilupp kontinwu tal-ħaddiema tas-sengħa tal-Awstralja u jgħin in-negozji eliġibbli jżommu l-apprendisti u lil dawk li qed jitħarrġu billi joffri sussidju ta' 50 fil-mija tal-paga sa
$ 21,000.
Sib aktar tagħrif:
- Supporting apprentices and trainees (Appoġġ lill-apprendisti u lil dawk li qed jitħarrġu)
Kreditu u self
Skema ġdida ta' Garanzija għall-SMEs Coronavirus tfisser li tkun tista' tikseb self addizzjonali minn selliefa parteċipanti biex jgħinuk fix-xhur li ġejjin.
Il-Gvern se jipprovdi garanzija ta' 50 fil-mija lis-selliefa tal-SMEs għal self ġdid mhux garantit biex jintuża għall-kapital operattiv.
Il-Gvern qed jipprovdi wkoll eżenzjoni mill-obbligi ta' self responsabbli għal dawk li jsellfu li jipprovdu kreditu lil klijenti ta' negozji żgħar eżistenti.
Din l-eżenzjoni hija ta' sitt xhur u tapplika għal kwalunkwe kreditu għal skopijiet ta' negozju, inkluż kreditu ġdid, żidiet fil-limitu ta' kreditu u varjazzjonijiet u ristrutturazzjonijiet ta' kreditu.
Sapport għar-reġġjuni u s-setturi
Il-Gvern warrab $ 1 biljun biex jissapportja komunitajiet, reġġjuni u industriji li ġew l-aktar sinifikattivament affettwati mill-imxija tal-Coronavirus. Dawn il-fondi se jkunu disponibbli biex jgħinu waqt l-imxija u biex jgħinu fl-irkupru. Barra minn hekk, il-Gvern qed jgħin lill-industrija tal-linji tal-ajru tagħna permezz ta' pakkett ta’ sa $ 715 miljun.
Investiment fin-negozju tiegħek
Il-limitu minimu stipulat minnufih ta' tħassir tal-assi żdied minn $ 30,000 għal $ 150,000 għal negozji bi qligħ mill-bejgħ annwali aggregat ta' inqas minn $ 500 miljun.
Kemm jekk tkun qed tixtri tagħmir ġdid għall-maħżen tiegħek jew trattur użat, in-negozju tiegħek jista' jibbenefika mit-tħassir tal-assi immedjat miżjud u mkabbar Sal-31 ta’ Dicembru 2020.
Tnaqqis aċċellerat tad-deprezzament se jkun disponibbli wkoll għal negozji eliġibbli permezz ta' inizjattiva ta' inċentiv ta' investiment ta' 15-il xahar.
Sib aktar tagħrif:
Instant asset write-off for eligible businesses(Tħassir istantanju tal-assi għan-negozji eliġibbli)
Backing business investment – accelerated depreciation (L-appoġġ għal investiment fin-negozju - deprezzament mgħaġġel
Ara ukoll:
- COVID-19 frequently asked questions(Mistoqsijiet frekwenti COVID-19)
- Irreġistra biex tattendi l-webinar tagħna b'xejn Tax Support for small business(Sapport rigward it-Taxxa għan-negozju żgħir)
- Sapport Addizzjonali matul COVID-19 Additional support during COVID-19