Saħħa
Informazzjoni dwar is-saħħa
Jekk għandek sintomi serji bħal diffikultà biex tieħu n- nifs, jekk jogħġbok ċempel 000 għal għajnuna medika urġenti.
Is-sintomi tal-coronavirus jinkludu:
- deni
- sogħla
- uġigħ fil-griżmejn
- qtugħ ta' nifs.
Sintomi oħra jistgħu jinkludu imnieħer li jnixxi, uġigħ ta' ras, uġigħ fil-muskoli jew fil-ġogi, dardir, dijarea, rimettar, telf ta' sens ta' riħa, tibdil fis-sens tat-togħma, ma jkollokx aptit u għeja.
Jekk inti ma tiflaħx u taħseb li jista' jkollok coronavirus, fittex għajnuna medika.
Tista' ċċempel lil-Linja Nazzjonali Telefonika tal-Għajnuna ta' Coronavirus (Helpline) fuq 1800 020 080 għal aktar informazzjoni. Jekk għandek bżonn l-għajnuna ta’ interpretu fil-lingwa tiegħek, jekk jogħġbok ċempel 131 450.
Il-websajt tad-Dipartiment tas-Saħħa għandha firxa ta' informazzjoni disponibbli f'lingwi oħra minbarra l-Ingliż biex tgħin lin-nies jibqgħu siguri u jimminimizzaw ir-riskji għall-komunità.
Aktar riżorsi fil-lingwa jistgħu jinkisbu f’www.sbs.com.au/language/coronavirus.
Ittestjar u kura għal COVID-19
Anke jekk m'għandekx viża, jew m'intix ċert dwar l-istatus tal-viża tiegħek, għandek issegwi id-direzzjonijiet tas-saħħa pubblika. Jekk qed tħossok ma tiflaħx u jkollok is-sintomi, irrispettivament minn kemm ikunu ħfief, għandek tfittex kura medika u tiġi ttestjat għal COVID-19.
Sib il-klinika respiratorja COVID-19 li hi l-eqreb għalik.
Ibqa' sigur
- Dejjem ipprattika iġjene tajba, aħsel idejk għal 20 sekonda bis-sapun u l-ilma, għatti ħalqek meta tisgħol, evita li tmiss għajnejk, imnieħrek u ħalqek.
- Żomm id-distanza soċjali ta' mill-inqas 1.5 metri meta tkun barra minn darek.
- Evita tislijiet fiżiċi bħal meta tieħu id xi ħadd, tgħanniq, u bews.
- Ipprattika kura ekstra jekk qed tuża t-trasport pubbliku.
- Evita l-folol u laqgħat pubbliċi kbar.
- Żomm ruħek infurmat tajjeb – uża biss informazzjoni uffiċjali li tafda. Niżżel il-Coronavirus Australial-app tal-mowbajl, abbona għas-servizz tal-Coronavirus Australia WhatsApp, u żur www.australia.gov.au għall-aħħar informazzjoni.
Linja Telefonika ta' Sapport għall-Persuni Akbar fl-Età rigward COVID-19
Il-Linja Telefonika ta' Sapport għall-Persuni Akbar fl-Età rigward COVID-19 tinforma, tissapportja u tgħaqqad flimkien Awstraljani akbar fl-età.
Xi persuni mdaħħlin fiż-żmien huma vulnerabbli għal COVID-19 iżda huma inqas ikkonnettjati mal-internet u jeħtieġu modi kif jaċċessjaw l-informazzjoni li tgħodd għaċ-ċirkostanzi tagħhom. Il-Linja Telefonika ta' Sapport tal-Persuni Akbar fl-Età rigward COVID-19 tipprovdi informazzjoni u sapport.
Awstraljani Akbar fl-Età, il-familji, il-ħbieb u l-kerers tagħhom jistgħu jagħmlu telefonata b'xejn billi jċemplu 1800 171 866 jekk huma:
- jixtiequ jitkellmu ma' xi ħadd dwar ir-restrizzjonijiet ta’ COVID-19 u l-impatt tagħhom fuqhom
- iħossuhom weħedhom jew inkwetati dwar wieħed mill-maħbubin tagħhom
- jieħdu ħsieb xi ħadd u jeħtieġu xi informazzjoni jew lil xi ħadd biex ikellimhom
- jeħtieġu għajnuna jew pariri dwar kif jistgħu jbiddlu s-servizzi ta' kura tal-anzjani li jkunu qed jirċievu
- jeħtieġu għajnuna biex jaċċessjaw servizzi ġodda ta' kura jew provvisti essenzjali bħax-xiri
- għandhom tħassib dwarhom infushom, ħabib jew membru tal-familja li jgħixu bid-dimensja
- jixtiequ jorganizzaw eżami ta' darba jew wieħed regolari tal-benesseri għalihom infushom, jew għal xi ħadd ieħor.
L-Awstraljani Akbar fl-Età, il-qraba, il-kerers, il-ħbieb tagħhom jew dawk li jissapportjawhom jistgħu jċemplu1800 171 866 mit-8.30am sas-6pm AEST fil-granet matul il-ġimgħa tax-xogħol għal kwalunkwe informazzjoni jew servizzi li jista' jkollhom bżonn.