Vaċċini COVID-19

Li jkollok vaċċin COVID-19 sikur u effettiv disponibbli għal kulħadd fl-Awstralja jgħinek tipproteġi lilek stess, il-familja tiegħek u l-komunità tiegħek mill-koronavirus.

Il-vaċċini COVID-19 se jkunu bla ħlas għal kulħadd fl-Awstralja, anke jekk m'intix ċittadin Awstraljan lanqas resident permanenti. Dan jinkludi nies mingħajr kard tal-Medicare, viżitaturi barranin, studenti internazzjonali, ħaddiema migranti u dawk li jfittxu ażil.

Għal aktar tagħrif dwar is-saħħa bil-lingwa żur: https://www.health.gov.au/initiatives-and-programs/covid-19-vaccines/covid-19-vaccine-information-in-your-language