Viżi u fruntiera

Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar

Hemm fis-seħħ projbizzjoni ta’ safar li żżomm liċ-ċittadini kollha mhux Awstraljani u mhux residenti milli jidħlu tal-Awstralja.

Persuni eżentati mill-projbizzjoni tal-ivvjaġġar jinkludu membri immedjati tal-familja ta’ ċittadini Awstraljani u residenti permanenti, inklużi kunjugi, dipendenti minuri, kuraturi legali, sieħba de facto. Il-vjaġġaturi kollha iridu bil-fors jqattgħu 14-il ġurnata kwarantina wara li jidħlu l-Awstralja.

Tagħrif għal dawk li għandhom viża temporanja

Dawk li għandhom viża li jixtiequ jibqgħu fl-Awstrlja għaż-żmien ta’ wara d-data ta’ skadenza tal-viża kurrenti tagħhom iridu japplikaw għal viża oħra. Dawk li għandhom viża għandhom jinvestigaw l-għażliet tagħhom dwar il-viża biex isibu viża ġdida li tgħodd għaċ-ċirkustanzi tagħhom u jiċċekkjaw jekk jistgħux japplikaw għaliha.

Għal aktar tagħrif dwar ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u l-viżi, żur covid19.homeaffairs.gov.au